Videos

Wara 297 ġurnata bħala Kap tal-PN, Bernard Grech ma irnexxilu jibdel xejn (għajr għar-riżultat tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika). Ma jistax jittieħed bis-serjeta’ meta jgħid illi f’90 jum se jbiddel lill-Malta.

Clean-up fil-baħar fl-Isla mill-aġenziji li jiffurmaw parti mill-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. Grazzi Miriam Dalli u kulħadd li ħa sehem. Hija resposabbilta’ tagħna lkoll li nżommu l-baħar nadif.

L-għodwa t-tajba. Żort il-komunita ta’ familji li jgħixu fil-housing estate tal-Ħawli, l-Birgu. Biex inkunu partit tan-nies, nagħmlu l-politika għan-nies, irridu nkunu man-nies.

Pjaċir tiegħi ngħin għaqdiet li jaħdmu fil-komunitajiet tagħna. L-għaqdiet tal-festa tal-Birgu jaħdmu ħafna u għalhekk ngħin kemm u kif nista’ lil din l-għaqda u oħrajn li jkollhom bżonn għajnuna biex naħdmu għan-nies fil-komunitajiet tagħna. Grazzi tax-xogħol lill-voluntiera kollha.

Kien żball li l-Parlament għażel ex Membru tiegħu bħala Kummissarju għall-Istandards. Bil-provi, it-tmexxija ta’ George Hyzler, li jridha tal-imperatur, m’hijiex tmexxija tajba u oġġettiva. L-istandards li jrid fuq ħaddieħor ma jridx japplikahom għalih u l-akbar dnub li għamel, ipprova jiżvijja l-Kamra f’dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamel. Sadanittant, għadu ma weġibx mistoqsijiet Parlamentari skont ir-regoli tal-Kamra.

Illum hija l-festa tal-ħaddiema kollha madwar id-dinja, ta’ dawk li huma Soċjalisti u xellugin fil-ħsieb u fl-atitudni. Il-Festa t-Tajba lil kulħadd.

Flimkien mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u sħabi Louis Gatt u Elaine Degiorgio f’isem l-Amministrazzjoni tal- Partit Laburista ltqajna man-nies u sidien ta’ negozji f’Raħal Ġdid.

Agatha Barbara kienet fost iż-żgħażagħ arrestati u mitfugħa l-ħabs minħabba l-istrajk ġenerali tat-28 ta’ April 1958. Flimkien magħha żgħażagħ oħrajn li jħaddnu l-istess prinċipji u valuri li għadna ngħożżu sal-lum. Iż-żmien jinbidel, il-politika tinbidel, imma l-prinċipji Soċjalisti jibqgħu ankrati f’kull min għandu għal qalbu l-ħaqq soċjali. Nibqgħu niġġieldu għalih.

L-għaqdiet sportivi jaħdmu ħafna fil-komunitajiet tagħna u għalhekk li kull għajnuna li nagħtuhom hija għajnuna diretta lejn il-komunita’. Club Regatta Bormla għamel xogħolijiet fil-klabb biex itejjeb il-faċilitajiet bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Kottonera.

All articles loaded
No more articles to load
SHARE
Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin
Share on whatsapp
Share on reddit
Share on email