Il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika wkoll irid joqgħod għal li tgħid il-liġi. L-investigazzjoni li għamel dwar avvenimenti f’Kastilja ma kellux dritt jagħmilha. Li ma nistax nifhem pero’ huwa l-fatt kif rapport li suppost ma sarx qiegħed jiġri għand kulħadd u ħadu l-konklużjonijiet tiegħu! Dawn bla dubju m’humiex standards għolja.