Oppożizzjoni staġnata tirrikorri għall-gideb bil-provi dwar Joseph Muscat. Bl-istess argument li Mario de Marco u The Times m’għandhomx x’jaqsmu ma’ każi ta’ allegat korruzzjoni li għadd ta’ persuni jinsabu akkużati bihom, allura Robert Abela f’hiex jidħol?
22/03/2021
Jien m’inix baħri tal-bnazzi. Dawk li kienu qabilna allaħares qatgħu qalbhom u għandna nispiraw ruħna mir-rieda u s-saħħa li għandu l-Prim Ministru biex inkomplu naħdmu ħalli meta jasal il-waqt immorru quddiem in-nies flimkien u sodi, b’wiċċna minn quddiem għax kredibbli u konsistenti u għalhekk konvint li jerġgħu jagħtuna l-fiduċja.
22/03/2021
Siltiet mill-Programm Paperscan: Oppożizzjoni staġnata li ma taffordjax tkaxkira oħra. Oppożizzjoni li sal-elezzjoni mhux se jirnexxilha tikseb kredibbilta. Maħsuda b’dak li ġara għax mhux se jkollha aktar xi tgħid. Jekk Daphne Caruana Galizia għandha raġun, allura bl-istess kejl, Mario de Marco m’għadx baqalu postu.
16/03/2021
Kuntent li qed nespandu l-ħidma tagħna fil-lokalitajiet ta’ madwar il-Kottonera. Dan qed isir skont il-pjan ta’ strateġija għall-Kottonera. Qed naħdmu fuq pjan ta’ ħidma għal xogħolijiet li jeħtieġ isiru ‘l barra mis-swar tal-Kottonera. Fil-każ ta’ Ħaż Żabbar, nibqa’ nsostni li s-sehem ta’ Citta’ Hompesch fl-istorja ta’ Malta huwa sottovalutat u wasal iż-żmien li nirrikonuxxu dan is-sehem bix-xogħol li rridu nagħmlu speċjalment f’żoni storiċi.
12/03/2021
Il-pajjiż għandu bżonn aktar riformi u għalhekk għandu bżonn Gvern Laburista għaliex Partit Laburista fil-Gvern jista’ jmexxi programm ta’ riformi kbar.
12/03/2021
Ipokrizija fuq żewġ saqajn. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li spiċċa żmien il-buffunati. Darba wkoll kien hemm xi ħadd li qalilna li spiċċa żmien il-bużullotti tiftakru? Fis-seduta tal-bieraħ qal li mhux veru li kellu joqgħod kwarantina u li mhux veru li l-media rrappurtat hekk dwaru. Merejtu, ried iressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ, qgħadt fuq il-kelma tiegħu, pero r-rapporti fil-media ma jistax jiċħadhom!
08/03/2021
Il-permess għall-proġett ta’ Infrastructure Malta għat-Toqba tal-Birgu qiegħed għall-approvazzjoni quddiem l-Awtorita tal-Ippjanar. Ix-xogħol huwa mistenni li jibda f’Marzu.
08/03/2021
Inħeġġeġ lin-nies tal-Kottonera, Kalkara, Xgħajra, Żabbar u Fgura jipparteċipaw fil-proċess ta’ konsultazzjoni mniedi mill-Gvern biex ingawdu aktar spazji miftuħa madwar il-lokalitajiet tagħna. Id-dokument bid-dettalji kollha tista’ ssibhom hawn: https://www.pa.org.mt/…/discussion_paper_recreational…
08/03/2021
Arroganza liema bħalha.L-Oppożizzjoni trid tsgħmel ir-regoli u trid tkun taf fejnhom il-Ministri!
This website uses cookies to improve your experience. We'll assume you're ok with this, but you can opt-out if you wish. Cookie settingsACCEPT
Privacy & Cookies Policy
Privacy Overview
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.