Videos

Illum jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Parlament. Apparti l-Budget għandna programm ta’ riformi li jridu jitwettqu biex inġeddu pajjiżna.

Għaddew 22 sena. Malta nbidlet, is-soċjeta’ nbidlet, il-Partit Nazzjonalista baqa’ l-istess. Il-liberta tal-kelma jaħseb li huwa dritt esklussiv għal ftit ħbieb tiegħu. Dak iż-żmien, Eddie Fenech Adami ressaqni l-Qorti Kriminali għaliex qal li bħala ġurnalista ta’ partit politiku fl-Oppożizzjoni ma kellix dritt nitkellem kif tkellimt, illum Deputat tal-Gvern u skont in-Nazzjonalisti m’għandix dritt nitkellem propju għax Deputat tal-Gvern. Dak li għandi xi ngħid, se nibqa’ ngħidu, irrispettivament fejn inkun.

Investiment li jidher u jinħass. Tlesta parti sostanzjali mix-xogħol ta’ restawr li qed isir fil-Cottonera Lines f’Bormla u l-Fgura fuq il-bastjun ta’ San Ġwann. Sa tmien din is-sena se nkunu nvestejna €7.6 miljun biex nirrestawraw is-swar tagħna. Sodisfatt ħafna kif qed ikun implimentat il-pjan ta’ strateġija għall-Kottonera.

Cottonerae Civitates, Innu tal-Kottonera, kompożizzjoni ta’ Ray Sciberras li ndaqq għall-ewwel darba mil-Banda San Ġużepp tal-Kalkara waqt il-Festival Nazzjonali tal-Baned. Noti illi jissimbolizzaw dak kollu ‘il ġewwa mis-swar li minnhom toħroġ l-identita’ tagħna. Il-Ħadd it-Tajjeb.

Tieqa fuq l-Istorja, esibizzjoni tal-Fondazzjoni Wirt Artna li kienet inawgurata dalgħodu b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Kottonera. L-istorja tal-Kottonera hija l-istorja ta’ Malta u għalhekk huwa ta’ sodisfazzjon għalina li nikkollaboraw f’dawn l-inizjattivi.

L-Isla għandha daħla ġdida li jixirqilha u spazju miftuħ ġdid. Inħossni sodisfatt ħafna li llum il-Ministru Ian Borg inawgura l-proġett tal-bastjun ta’ San Mikiel. Dan kien l-ewwel proġett li telsta minn fost dawk msemmija fil-pjan ta’ istrateġija għall-Kottonera . Nistieden lil kulħadd iżur l-ispazju miftuħ ġdid li ikkreajna u jara s-sbuħija tal-Kottonera u l-inħawi tal-madwar.

Ma nistax naċċetta li Bernard Grech jirreferi għalina bħala kriminali. Madwaru għandu min kien jaħbi l-armi fl-uffiċċju, min kien ikun jaf bil-bombi, min jista’ jkollu informazzjoni fuq qtil politiku, min kien jippermetti droga tidħol ma’ delegazzjonijiet ministerjali mill-VIP lounge tal-ajruport u min ħarrab traffikanti tad-droga minn Malta fost l-oħrajn. DAWK huma l-vera kriminali.

Proposti Regatta Nazzjonali. Dawn huma l-proposti tiegħi, miftuħa għad-diskussjoni biex nsaħħu r-Regatta Nazzjonali.

Pittura ġdida mal-koppla tal-Knisja ta’ San Lawrenz il-Birgu tkompli tarrikixxi l-patrimonju kulturali diġa’ rikk fil-Kottonera. Grazzi lill-Arċipriet Dun Karm Busuttil, lill-pittur bravissmu Manuel Farrugia u lil dawk kollha illi ħadmu biex ħolma ta’ 55 sena ssir realta’.

All articles loaded
No more articles to load
SHARE
Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin
Share on whatsapp
Share on reddit
Share on email