MAN-NIES DEJJEM nitkellem dwar kif il-lokalitajiet tagħna jistgħu isiru isbaħ u aħjar. Raħal Ġdid huwa ċentru kummerċjali u amministrattiv fin-naħa t’isfel ta’ Malta li għandu bżonn aktar attenzjoni u investiment biex in-nies jinqdew aħjar iżda mhux a skapitu tal-lokalita. Irrid naħdem biex nara Raħal Ġdid aħjar u isbaħ. In-nies jafu li jien dejjem disponibbli u ssibni dejjem.