Allegazzjonijiet

Kemm nisimgħu diskors u allegazzjonijiet? Minn daqshekk lin-Nazzjonalisti ma jirbħihom ħadd. Għax-shows l-ewwel jieħdu. Matul is-snin, u mhux fl-aħħar snin biss, inqdew b’għadd ta’ allegazzjonijiet li ġieli intwemmnu minn nies. Fortunatament illum il-poplu qed jagħraf x’unhuma u dara li man-Nazzjonalisti allegazzjonijiet biss, provi xejn.

Tiftakruh lil Eddie Fenech Adami fl-aħħar jum tal-kampanja elettorali tal-2033 waqt id-dibattitu jiponta subajh lejn Alfred Sant u jgħidlu int kont responsabbli biex ma ħallejtx lit-tifel tiegħi jidħol l-Universita. Mbagħad sirna nafu li kienet gidba. Qajla jimpurtahom, ġaladarba dik l-allegazzjoni serviet il-ħtieġa tagħha.

U ftit tagħmel differenza meta jkunu fil-gvern jew fl-Oppożizzjoni pero meta jkunu fl-oppożizzjoni qishom jisfrenaw u jibdew ifajjru bl-addoċċ. Kif nistgħu ninsew lil Simon Busuttil? Allegazzjonijiet galore u għadu ma ġabx prova waħda li hija waħda tal-allegazzjonijiet li għamel.

Simon m’għadux hawn. Illum, flimkien ma’ sħabu qiegħed jikkontrolla lil Bernard Grech permez ta’ kollegi Parlamentari bħal Jason Azzopardi li hu nnifsu mhux ġdid għall-allegazzjonijiet. Għax-shows ma jirbħilhom ħadd.

L-aħħar minn sensiela ta’ allegazzjonijiet li għamel Jason Azzopardi tirrigwardja stqarrija li ċertu Vince Muscat għamel waqt li qiegħed jipprova jikseb maħfra mill-każ li jinsab akkużat bih, l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Muscat, li hu wkoll magħruf bħala il-Koħħu allegatament huwa nvolut f’għadd ta’ atti kriminali oħra fosthom hold-up 10 snin ilu fil-kwartieri tal-HSBC. Serqa li sfaxxat minħabba l-intervent f’waqtu tal-Pulizija li sfaw fil-mira tal-ħallelin.

X’għandu x’jaqsam Jason Azzopardi f’dan kollu? Id-Deputat tal-PN huwa l-Avukat tal-familja Caruana Galizia u qed jidher għalihom parte civile fil-kawża kontra Muscat. Madankollu, ħass li kellu jirrepeti fil-pubbliku dak li skont hu Muscat allega mal-Pulizija. Azzopardi, li għax-show ma jirbaħlu ħadd kompla jagħti kulur dak li allegatament qal l-akkużat, mega qal li Muscat semma’ Ministru Laburista li mhux Avukat li hu nvolut fil-hold-up fuq l-HSBC. Minn rapport fil-media, għaliex ilmedia dlonk qabżet fuq din l-istorja, ma taqbilx ma’ dak li qal Azzopardi.

X’inhi l-verita? Ma nafux. Għax ħadd ma jaf x’qal Muscat lil Pulizija, imma l-aqwa li Jason Azzopardi għamel allegazzjoni ‘senzazzjonali’ biex jagħmel ħsara lil Parti Laburista, mingħalih. Jew jagħmel ħsara lill-Pulizija wkoll? Għaliex wieħed jistaqsi, imma x’interess għandu Jason Azzopardi jagħmel dawn l-allegazzjonijiet?

Minkejja li seta’ esponsa lilu nnofsu għal ksur tal-liġi kriminali bi ksur tal-Artiklu 133 tal-Kodiċi Kriminali, ma smajna lil ħadd li kkundanna l-allegazzjonijiet li għamel. Hekk sew ikollna Avukat prominenti li jagħmel allegazzjonijiet serji u jitħalla għaddej?

Fejn hi l-Kamra tal-Avukati? Kif il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja m’hu tagħmel xejn dwar dan? Mhux se nsemmi lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, għaliex naturalment mhux se jidħol fiha. Mhux hekk!

Mn’Alla li n-nies illum qed tgħaraf x’inhuma n-Nazzjonalisti. Allegazzjonijiet biss. Shows biss. Paroli.

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin
Share on email
Share on whatsapp